search


keyboard_tab Contratti di vendita di beni conformi 2019/0771 MT

BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf

2019/0771 MT cercato: '   kwalunkwe' . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl


index    kwalunkwe:


whereas    kwalunkwe:


definitions:


cloud tag: and the number of total unique words without stopwords is: 205

 

Artikolu 11

Oneru tal-provi

1.   kwalunkwe nuqqas ta’ konformità li jimmanifesta ruħu fi żmien sena mill-mument li fih ikunu ġew konsenjati l-oġġetti għandu jkun preżunt li kien jeżisti fil-mument tal-konsenja, sakemm ma jiġix ippruvat mod ieħor jew din il-preżunzjoni tkun inkompatibbli man-natura tal-oġġetti jew man-natura tan-nuqqas ta’ konformità. Dan il-paragrafu għandu japplika għal oġġetti b’elementi diġitali wkoll.

2.   Minflok il-perjodu ta’ sena stabbilit fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu perjodu ta’ sentejn mill-mument tal-konsenja tal-oġġetti.

3.   F’każ ta’ oġġetti b’elementi diġitali meta l-kuntratt tal-bejgħ jipprevedi provvista kontinwa tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali fuq perjodu ta’ żmien, l-oneru tal-provi fir-rigward ta’ jekk il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali kienx konformi fil-perjodu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 10(2) għandu jkun fuq il-bejjiegħ għal nuqqas ta’ konformità li jimmanifesta ruħu fil-perjodu imsemmi f’dak l-Artikolu.

Artikolu 17

Garanziji kummerċjali

1.   kwalunkwe garanzija kummerċjali għandha tkun vinkolanti fuq il-garanti skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dikjarazzjoni tal-garanzija kummerċjali u r-reklamar assoċjat disponibbli fiż-żmien tal-konklużjoni tal-kuntratt jew qablu. Skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni applikabbli oħra tal-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni, fejn produttur joffri lill-konsumatur garanzija kummerċjali ta’ durabbiltà għal ċerti oġġetti għal perjodu ta’ żmien partikolari, il-produttur għandu jkun responsabbli direttament lejn il-konsumatur tul il-perjodu kollu tal-garanzija kummerċjali ta’ durabbiltà għat-tiswija jew is-sostituzzjoni tal-oġġetti skont l-Artikolu 14. Il-produttur jista’ joffri lill-konsumatur kundizzjonijiet aktar favorevoli fid-dikjarazzjoni tal-garanzija kummerċjali ta’ durabbiltà.

Jekk il-kundizzjonijiet stipulati fid-dikjarazzjoni tal-garanzija kummerċjali jkunu inqas vantaġġużi għall-konsumatur minn dawk stipulati fir-reklamar assoċjat, il-garanzija kummerċjali għandha tkun vinkolanti skont il-kundizzjonijiet stipulati fir-reklamar relatat mal-garanzija kummerċjali, sakemm, qabel il-konklużjoni tal-kuntratt, ir-reklamar assoċjat ma jkunx ġie kkoreġut bl-istess mod jew b’mod komparabbli bħalma jkun sar.

2.   Id-dikjarazzjoni tal-garanzija kummerċjali għandha tiġi pprovduta lill-konsumatur fuq mezz durabbli mhux aktar tard mill-mument tal-konsenja tal-oġġetti. Id-dikjarazzjoni tal-garanzija kummerċjali għandha tinkiteb b’lingwaġġ ċar u li jinftiehem. Għandha tinkludi dan li ġej:

(a)

dikjarazzjoni ċara li l-konsumatur huwa intitolat bil-liġi għal rimedji mill-bejjiegħ bla ħlas fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità tal-oġġetti u li dawk ir-rimedji ma jkunux affettwati mill-garanzija kummerċjali;

(b)

l-isem u l-indirizz tal-garanti;

(c)

il-proċedura li trid tiġi segwita mill-konsumatur biex jikseb l-implimentazzjoni tal-garanzija kummerċjali;

(d)

l-indikazzjoni tal-oġġetti li l-garanzija kummerċjali tapplika għalihom; u

(e)

it-termini tal-garanzija kummerċjali.

3.   In-nuqqas ta’ konformità mal-paragrafu 2 ma jaffettwax in-natura vinkolanti tal-garanzija kummerċjali għall-garanti.

4.   Stati Membri jistgħu jistipulaw regoli dwar aspetti oħra li jikkonċernaw il-garanziji kummerċjali u li mhumiex irregolati f’dan l-Artikolu, fosthom regoli dwar il-lingwa jew il-lingwi li bihom għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-konsumatur id-dikjarazzjoni tal-garanzija kummerċjali.


whereas









keyboard_arrow_down